Hillary Clinton tkellmet wara li tilfet kontra Donald Trump biex issir President tal-Istati Uniti tal-Amerka.
Ikkongratulat lil Donald Trump u qalet li tittama li jkun ta’ suċċess. “I’m sorry that we did not win this election” qalet Clinton, filwaqt li sostniet li tħossha kburija u onorata li rrappreżentat lill-poplu Amerikan.
Qalet li tifhem id-diżappunt. “This is painful and it will be for a very long time” qalet bid-dmugħ f’għajnejha. Qalet li xorta waħda temmen fl-Amerka, u għalhekk hemm bżonn jaċċettaw ir-riżultat u jimxu ‘l quddiem. Hemm bżonn li l-poter ikun mgħoddi b’mod paċifiku. Hemm bżonn rispett lejn il-fatt li kulħadd. Il-kostituzzjoni Amerikana titlob il-parteċipazzjoni u għalhekk hemm bżonn li tkompli l-ħidma biex l-ekonomija taħdem għal kulħadd u biex il-ħolma Amerikana tkun possibbli għal kulħadd.
Clinton rringrazzjat lill-poplu Amerikan, lil familtha u dawk kollha li ħadmu magħha.