13:19 Ingħata bidu għad-dibattitu li preżenti għalih hemm mijiet ta’ studenti. Fil-bidu ġew stabbiliti r-regoli li għandhom isegwu l-midja u l-istudenti preżenti.
13:18 Id-dibattitu se jkun qed jibda tard dan wara li partit politiku Alleanza Bidla mhux se jkunu qed jattendu. Minħabba f’hekk inħolqu problemi tekniċi sabiex ineħħu podium.
13.20 Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li din se tkun battalja tal-ideat mhux battalja ta’ twerżiq. Qal li jeħtieq li l-pajjiż jitqabbel ma’ pajjiżi oħra. Pajjiżna, ikun taħt liema Gvern ikun, kapaċi jkun pajjiż aħjar. Bil-policies li qed isiru minn dan il-Gvern, il-Prim Minsitru jieħu gost jattendi gradwazzjonijiet u jara li studenti għandhom opportunitajiet. Fakkar li Malta għat-tieni sena konsekuttiva ġiet l-ewwel fi sfond internazzjonali fejn jidħlu drittijiet LGBTIQ. Il-Prim Ministru qal li din l-amminsitrazzjoni ma tibżax minn żviluppi li għandhom ikunu xprunati bis saħħa taż-żgħżagħ, bħal mhi d-diskussjoni fuq il-marjuana.
13:30 Arnold Cassola qal li ma jaqbilx fuq il-mod li bih jiġi elett ir-rettur tal-Università ta’ Malta. Esprima tħassib fuq l-ammont ta’ pestiċidi fl-ikel u qal li fl-Università għandu jkun hawn laboratorju li jeżamina l-ammont ta’ pestiċidi fl-ikel.
13:31 Marlene Farrugia qalet li hemm bżonn li tinbidel id-direzzjoni.
13:33 Henry Battistino qal li l-Moviment Patriotti Maltin mhux xi wieħed ta’ estremisti imma wieħed li jemmen fil-familja tradizzjonali Maltija.
13:36 Simon Busuttil qal li l-istudenti suppost qed jistudjaw, mhux jipparteċipaw fil-proċess demokratiku ta’ elezzjoni ġenerali. Tkellem fuq l-importantza tal-investiment minn barra għall-pajjiż, u kif dan m’għandux ikun imminat. Qal li minn hu barrani “jarana li għażilna ħażin”. Intant ma spjegax kif Ann Fenech, president tal-Eżekuttiv tal-PN, qed tmur tagħti intervisti bla preċedent, fejn tkisser isem Malta. L-istess jagħmlu Roberta Metsola u David Casa, fost oħrajn.
13:39 Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista qal li permezz ta’ laqgħa li għadu kemm kellu mal-President tal-Ukrajna, ġej investiment ġdid lejn pajjiżna. Qal li meta kellu akkużi fil-konfront tiegħu, talab investigazzjoni, mhux bħal m’għamel Simon Busuttil. U qal li jekk tinstab xi ħaġa fil-konfront tiegħu, jirriżenja. Simon Busuttil mhux talli hekk, talli mhux jgħid li lest jirriżenja jekk jinstab li dak li allega huwa gidba. Fakkar li kull min iġib Masters jew Phd mhux se jħallas taxxa.
13:42 Arnold Cassola qal li l-mexxejja politiċi qishom Father Christmas.
13:44 Is-sistema edukattiva tagħna, skont Marlene Farrugia, mhix tajba. Kien imiss lil Henry Battistino, li qal li l-President ta’ Malta jrid jiġi elett mill-poplu u jkollu l-liġi, l-ġustizzja u l-Pulizija f’idejh.
13:49 Simon Busuttil reġa’ rrefera għall-bagalja ta’ Pilatus. Dwar għandux jerfa’ r-responsabbiltà jekk jirriżulta li l-allegazzjonijiet tiegħu kienu foloz, Busuttil dar fuq il-kap tal-Patriotti, u qal li dan m’għandux kumpaniji sigrieti fil-Panama.
Busuttil qal li anke jekk jinstab li ma kellux raġun mill-Qorti, mhux se jirrispetta d-deċiżjoni tal-Maġistrat, għax il-provi laħqu nħarġu ‘l barra. Il-media tal-PN diġà kellha tirtira kliemha għax qalet li shredder fi triq f’Ta’ Xbiex kienet qed teqred dawn il-provi li qed jirreferi għalihom il-Kap tal-Oppożizzjoni. Busuttil qal li l-arja nadifa ġiet mill-interconnector u qal li l-power station aħjar ma nbniet xejn.
13:55 Joseph Muscat fakkar li din l-amministrazzjoni neħħiet il-preskrizzjoni meta politiċi jagħmlu korruzzjoni…pass li f’25 sena fil-Gvern, il-Partit Nazzjonalista qatt m’għamel. Fakkar li kien taħt dan il-Gvern li daħlet il-liġi tal-finanzjament tal-partiti, li ħaddieħor tant prova jevita. Qal li importanti ma jattakkawx istiuzzjonijiet għalxejn. Fakkar lil Simon Busuttil li kandidat tiegħu għandu offshore funds, u ieħor għandu kumpanija sospiża mill-MFSA għax ma ddikjaratx l-assi finanzjarji tagħha.
13:59 Cassola qal lil Simon Busuttil: “Min tridu jeħodlok ħsieb l-ODZ? George Pullicino? Toni Bezzina?” Warajh tkellmet Marlene Farrugia, li qalet li l-Partit Laburista “ikissirhom” lill-whistleblowers, fejn ma jaqbillux. Dan meta hi stess taf li l-whistleblower li qed tirreferi għaliha, il-mara Russa li tkeċċiet minn Pilatus Bank għax użat fondi b’mod żbaljat għall-kollox, m’għaddietx mill-proċess legali biex titqies whistleblower. Fil-pront kompla Battistino, li jemmen li l-partiti kollha l-istess.
14:10 “The future is what we make it” qal il-Prim Minsitru. “Intom is-suċċess tal-pajjiż” qal lill-istudenti. Qal ukoll li hemm bżonn li l-Gvern jieħu ħsieb min ibgħati, kemm akkademikament kif ukoll finanzjarajament.
14:11 Simon Busuttil qal li d-drittijiet li ta Joseph Muscat lil persuni LGBTI jinżammu taħt Gvern Nazzjonalista, u jagħmel pass ‘il quddiem. Dan meta aċċetta nies bħal Josie Muscat fi ħdan il-Partit tiegħu. Josie Muscat iħaddan twemmin li jeħduna lura deċenji twal fejn tidħol il-moralità. Busuttil kompla jmei lilu nnifsu. Qal li jekk jekk l-Oppożizzjoni taż-żmien tibqa’ twebbes rasha fuq persuna fil-poter li m’hemmx qbil dwarha biż-żewġ terzi, lil din il-persuna jaqbad u jagħżilha hu, jekk ikun Prim Minsitru. Barra minn hekk, b’mod kuntrastanti għall-kollox mir-rata rekord ta’ nuqqas ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ, Simon Busuttil qal li meta jigradwaw, iż-żagħżagħ qed imorrru “jittalbu għand xi Ministru”.
14:18 Cassola tkellem fuq l-importanza li ma jkunx hemm aktar skjaviżmu modern. Irrferera għal fabbrika partikolari li qed tħaddem lin-nies fuq pagi baxxi ħafna. Il-Prim Ministru wieġbu li la ilu jaf mill-ewwel ta’ Mejju, kif qal Cassola, messu ilu li mar tliet ġimgħat għand il-Kummissarju tal-Pulizija, ħalli ssir investigazzjoni millewwel.
14:20 Marlene Farrugia qed tħajjat affarijiet fil-mirkofonu li mhux jiftehmu. Dan waqt ħin il-Prim Ministru. Il-moderatur Luke Hili appellalha biex iġġib ruħha sew.
14:21 Il-“ħdura” u “odju” ta’ Daphne Caruana Galizia rrefera għaliha Henry Battistino. Qal li kollox beda minn Caruana Galizia, għax hi ż-żerriegħa tal-mibegħda kollha fix-xena politika Maltija bħalissa.
14:24 Il-mard mentali huwa suġġett li semma l-Prim Ministru Joseph Muscat. Qal li hemm bżonn li Monte Carmeli jingħalaq u jsir sptar qrib Mater Dei. B’hekk ikun hemm sptar ieħor u tiżdied il-kura fil-komunità.
14:27 Simon Busuttil kien mistoqsi jekk jirriżenjax jekk jinstab li l-allegazzjonijiet kollha fil-konfront tal-Prim Ministru huma foloz. Busuttil qal li l-investigazzjoni mhix qiegħda fuqu. Jiġifieri jekk il-Qorti taqtaha li Simon Busuttil tefa’ dawn l-allegazzjonijiet b’mod mill-aktar irresponsabbli, se jibqa’ fejn ikun…jew Kap tal-Oppożizzjoni, jew inkella Prim Ministru. Joseph Muscat innota, allura, li t-tweġiba ta’ Busuttil hija “le, mhux se jirriżenja”. Qal li hu, għal kuntrarju, mhux marbut mas-siġġu tal-poter. Anke jekk ikun sempliċement membru fil-Parlament, jirriżenja minn din il-kariga wkoll. Qabżet Marlene Farrugia tiddefendi lil Simon Busuttil, u qalet li l-għażla fit-tlieta ta’ Ġunju m’għandhiex tiddependi fuq x’jirriżulta mill-allegazzjonijet fuq Egrant.
14:35 L-ewwel li se jagħmel Simon Busuttil huwa li jmur Brussell inaddaf isem pajjiżu jekk ikun Prim Ministru. Għadu kemm iddefenda lil Ann Fenech, li l-kumpanija tagħha tiffaċilita l-programm ta’ ċittadinanza b’investimt. Il-programm li hu jixtieq inaddaf. Ma kkundannax lil Fenech talli ħammġet kemm felħet isem Malta fuq il-mezzi tax-xandir Ġermaniżi.
14:39 Dwar il-parkeġġ fl-Università ta’ Malta, Joseph Muscat qal li se jinbena kumpless ta’ residenzi għal studenti barranin u taħtha jkun hemm multi-storey carpark. Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet dwar l-ogħli ta’ dan il-parkeġġ, flimkien mal-awtoritajiet konċernati. Se jkun investitur privat, allura l-Università ma’ toħroġx flus minn butha. Il-Prim Minsitru fakkar li tul dawn l-aħħar erba’ snin, l-Università gawdiet mill-ikbar ammont ta’ fondi.
14:42 Ħaġa li ebda kelliem m’għamel s’issa…Simon Busuttil qal li se jiskadilu l-ħin allura aħjar ma jelaborax. Dan għax kien mistoqsi kif ,bil-Forza Nazzjonali, se jimplementa miżuri li mhux costed.
14:49 issa studenti qed jitilgħu bil-polza biex jistaqsu direttament lill-erba’ mexxejja.
14:50 Mistoqsi għaliex ma ħax azzjoni fil-konfront ta’ Toni Bezzina u Jason Azzopardi, Busuttil qal li fuq kull każ fejn hemm allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni, ħa azzjoni u issospenda. Beppe Fenech Adami għadu Viċi Kap tal-PN. Jason Azzopardi u Toni Bezzina parti mix-shadow cabinet. Joseph Muscat staqsieh x’jiġri jekk Beppe Fenech Adami jkun investigat mill-FIAU. Busuttil wieġeb “skont”.
14:53 “Il-frażi “gas down ġol-ħajt” issa inbidlet ftit. Għax issa Simon Busuttil qal il mhux l-ekonnomija marret gas down fil-ħajt, imma l-pajjiż. Fuq l-ekonomija m’hemmx xi tgħid.
15:00 Għal mistoqsija mit-tifel tad-Deputat Laburista, Franco Mercieca, Simon Busuttil wieġbu “sellili għal-papa!”. Dan staqsa fuq l-għaxart’elef għal dawk li jgħixu Għawdex, skont il-proposti tal-PN.
15:22 Ħin il-konklużjonijiet. Arnold Cassola għalaq bl-appell “vote clean, vote green”. Marlene Farrugia qabblet lil Malta mal-Greċja u l-ħamrija fertili fejn kulħadd jirnexxi. Simon Busuttil temm jitkellem bil-metafori fuq id-debba u l-ħmara. Il-Prim Ministru qal li hemm għażla quddiem l-istudenti. Għal wisq żmien, iż-żagħżagħ qatghħu qalbhom mill-politika. Hemm ħafna fuq xiex il-poplu u l-politiċi jaqblu, u imporanti li deċiżjonijiet jittieħdu li jċaqalqu l-establishment. Bħal m’għamlet amministrazzjoni Laburista bl-introduzzjoni tal-morning after pill.
L-għajta tal-istudenti fi tmiem id-dibattitu: