Eluf ta’ persuni inġabru fiċ-Ċentru Sportiv ta’ Raħal Ġdid sabiex jassistu għall-aħħar diskors tal-Prim Ministru Joseph Muscat bħala Mexxej tal-Partit Laburista.
Fil-fatt iċ-ċentru kien ilu jimtela ftit ftit minn wara l-ħamsa ta’ waranofsinhar biex issa kulħadd qiegħed jistenna bil-ħerqa it-tislima ta’ Dr Muscat.
It-toroq tal-madwar kienu mimlija b’persuni li kienu qegħdin jaslu fiċ-ċentru.