Inqas minn ġimgħa l’bogħod mill-karnival iċ-ċentru ESPLORA ħoloq sensiela ta’ attivitajiet għal jumejn billi għaqqad ix-xjenza mal-arti f’Kuluri Karnival.
Fost l-attivitajiet kien hemm tpinġijiet fuq maskri, maskri oriġinali tat-tafal li jagħmlu t-tfal li jżuru ċ-ċentru, kif ukoll parata li titħaddem bill-coding.
L-organizzatriċi ta’ dan l-avveniment, Giselle Calleja fissret l-importanza li suġġetti xjentifiċi jingħaqdu mal-arti biex uliedna jiżviluppaw it-talenti kulturali u akkademiċi tagħhom bl-aqwa mod.
Calleja stqarret, “U allura l-involviment hands on l-involviment interattiv huwa ta’ suċċess għaliex anke tara t-tbissima fuq it-tfal, l-ħarsa tagħhom. Allura l-attivitajiet qegħdin ikunu jistgħu jagħmluhom ukoll flimkien bħala familja bħal pereżempju workshop flimkien.”
Intant, familji li ħatfu din l-okkażjoni tennew li din hija attività utli u ta’ divertiment f’affarijiet edukattivi.
“I think it is very dynamic so I think it is a very activity and will like that to have this activity in my country something like that.” Saħqet mara.
Intant mara oħra qalet, “I mean look at my kids look at how much fun they are having so I would anybody that has kids or grandparents with kids definitely bring them along, it is a lot of fun.”