L-għaqda b’saħħitha bejn il-pajjiżi tal-Commonwealth, tistà tkun is-soluzzjoni għaċ-ċirkostanzi diffiċli li qed naffaċċjaw fl-Istorja Moderna. Dan kien is-sentiment li bih, il-Prim Ministru Joseph Muscat intervjena fiċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum il-Commonwealth f’Westminster Abbey, Londra, bħala President tal-Commonwealth.
Il-Prim Ministru Muscat fakkar li kunċetti bħall-Commonwealth jgħallmuna li lil’hinn mill-interessi nazzjonali ta kull pajjiż, u lil’hinn mill-kapitli ta’ uġiegħ li esperjenza kull pajjiż, il-valuri ta’ paċi u rikonċiljazzjoni għadhom dominanti.
Iżda dan kollu jilħaq l-aspettattivi tal-Commonwealth meta d-dinjità tingħata lil kull ċittadin, irrispettivament minn kwistjonijiet ta’ razza, ġeneru, u klassi soċjali.
Fakkar ukoll kif il-kunfitt u l-falliment ekonomiku qed jiġġenera l-migrazzjoni u tbatija bla preċedent lill-eluf, tbatija li ħafna drabi, tirriżulta f’imwiet. Madanakollu, ma rridux ninsew li d-dinja moderna toffri kull opportunità għal solidarjetà.
“We are in times of trouble, hours of darkness may confront us at anytime but we misunderstand the words of wisdom of a song most of us can at least hum. Our response cannot simply be whispered, let it be.” – JM