Kien għall-ħabta tad-disa’ tal-bieraħ filgħaxija meta l-Pulizija ċemplu lis-sidien tad-ditta Gram u informawhom li fil-ħanut ta’ Birkirkara kien hemm attentat ta’ serqa.
George Tabone, kelliem għad-ditta, qal li sab il-ħġieġa mtaqqba. Spjega li hija tip ta’ ħġieġa li ma tinkisirx u li probabli kien hemm toqba fiha li baqgħu jissieltu mal-ħġieġa sakemm kissruha. Madanakollu, spjega s-soljev li ħass meta sab li ma ntmessux is-sejfs u l-aktar affarijiet ta’ valur.
Imkejjen oħra qalulna li fiz-zona hemm problema magħrufa mal-Pulizja. Skont dawn l-imkejjen, hemm grupp ta’ perusni li qed jokkupaw residenza jew residenzi vojta u fihom jabbużaw mid-droga. Sabiex jiffinanzjaw dan il-vizzju, qed jirrikorru għal serqiet żgħar, fosthom serq minn karozzi.
Lura għall-ħanut tal-Gram, Tabone qal li l-Pulizija għamlet ħidma eċċellenti u fil-pront, u li b’xort tajba s-serqa seħħet billejl allura ħadd mill-ħaddiema jew klijenti ma’ esperjenzaw inkonvenjent. Dalgħodu kollox lura għan-normal.