Ħrug Marzu u dħul April, xita karru deheb fin!
Il-bidu tal-istaġun tar-Rebbiegħa ġab miegħu temp bix-xita li ġie ddeskrivit mill-bdiewa Maltin u Għawdxin bħala rigal mibgħut mingħand Alla.
Dan hekk kif fix-xhur li għaddew ftit li xejn għamlet xita u ħalla lill-bdiewa jagħżlu alternattivi oħra għat-tisqija minflok dak naturali.
Fuq il-midja soċjali diversi bdiewa qed itellgħu xi ritratti tal-frott u ħaxix li ħalliet ir-raba’ tagħhom, fosthom dawk ta’ bħalissa; frawli, naspli, qaqoċċ u ful.
Ritratt: David Magro u Tony Farrugia