Fl-2017 se jsiru numru ta reklutaġġi fil-forzi dixxiplinati kollha. Dan tħabbar mill-Ministru għall-Intern Carmelo Abela, waqt il-ħatra ta’ 55 suldat ġdid fil-Forzi Armati ta’ Malta.
Biex l-armata titjieb fil-livell, apparti investiment fit-tagħmir tal-armata, il-gvern tul dawn l-aħħar 4 snin investa €500,000 fit-taħriġ tas-suldati kollha.
Bħalissa hemm 72% ta’ kemm suppost hemm suldati, u bir-reklutaġġi kontinwi għandu jkun hemm in-numru komplut.
Il-Kap Kmandant Jeoffrey Curmi spjega li jekk iddaħħal numru kbir ta’ rekluti f’daqqa, ma tkunx antiċipata l-viżjoni għall-armata. Kull rekluta jista’ jirtira 25 sena oħra bill-pensjoni tas servizz. Jekk jidħlu kollha issa, tkun solvuta l-problema fil-preżent iżda tinħoloq problema kbira 25 sena oħra. Jekk dan iseħħ, l-Armata titlef il-ħiliet u speċjalizazzjonijiet, u jkun hemm bżonn żmien twil biex jerġgħu jitrawwmu.