Janvil beda s-sena l-ġdida b’filmat bil-lirika għall-kanzunetta l-ġdida tiegħu “Saving Grace” miktuba minn Joe Roscoe u b’mużika u produzzjoni ta’ Edward Abela.
Kif kont diġá wegħdt qabel, din is-sena ser inkun qed nirritorna b’aktar ħidma fuq il-mużika tiegħi. Il-materjal li ħa noħloq ser ikollu wkoll aspetti viżivi differenti minn dawk li n-nies imdorrijin jaraw fid-diski tiegħi”
Janvil – Kantant
”Saving Grace” hija dwar dawk li jerġgħu jsibu l-imħabba, anka wara li jkunu tilfu t-tama fiha. Din il-kanzunetta diġa’ bdiet tindaqq u tinstema’ mill-istazzjonijiet tar-radjijiet lokali.
Segwi il-filmat b’animazzjoni u produzzjoni ta’ Sean Cini – Creative Guru, hawn: