Ikla kuljum għal dawk li fil-bżonn. Il-mod kif din is-sena ġiet iċċelebrata l-akbar festa tal-Knisja Kattolika minkejja li Kristu Rxoxt ma’ ħariġx min-niċċa.
L-Arċipriet ta’ Bormla, Dun Anton Cassar saħaq li minkejja ċ-ċelebrazzjoni differenti għall-aħħar, l-ispirtu tal-Għid kien preżenti xorta waħda.
“Din is-sena minkejja li ma ħriġniex bil-purċissjonijiet għall-grazzja t’Alla kuljum qed inqassmu ikla lill-persuni foqra jiġifieri kuljum għall-ħabta ta’ nofsinhar, is-siegħa jġibulna l-ikel u nqassmuh lil persuni foqra jiġifieri din is-sena għall-grazzja qegħdin ngħixu għid ta’ veru wkoll.”
L-Arċipriet esprima d-dispjaċir tal-Bormliżi u kellu wkoll kelmtejn għal Kristu rxoxt li llum ma marx ġirja mal-belt bħalma kien jagħmel is-soltu.
“Iddispjaċuti ħafna jiġifieri kulħadd iġifieri kulħadd kien iddispjaċut. Jiena stess dalgħodu mort quddiem l-irxoxt u għidtlu “frankajtha xbin din is-sena”, “għidtlu ma ħriġnikx mat-triq, ma ħriġtx tiġri.”
Dun Anton temm jgħidilna li t-tama ser tkun iċ-ċavetta ewlenija li ser tgħinna negħlbu dan iż-żmien ta’ sfida.