Joanna Palani, mid-Danimarka, qed tistudja l-politika u għandha 23-il sena.
Għandha wkoll premju (jew aħjar bounty) f’isimha ta’ xejn inqas minn $1,000,000 fuq kap tagħha. Joanna qatlet aktar minn 100 militant tal-Istat Iżlamku waqt il-ġlied flimkien mal-Peshmerga Kurdi fl-Iraq u s-Sirja.
Għandha antenati Kurdi-Iranjani, u twieldet f’kamp tar-refuġjati f’Ramadi, l-Iraq, wara l-ewwel gwerra tal-Golf. Sparat l-ewwel pistola fl-età ta’ disa snin, u kienet għadha żagħżugħa meta fl-2014, ħarġet mill kulleġġ u telqet minn Kopenħagen għas-Sirja.
Fuq Facebook kitbet li kienet ispirata “mill-ġlieda għad-drittijiet tan-nisa, għad-demokrazija, għall-valuri Ewropej li tgħallimt bħala tifla Daniża”.
Ingħaqdet fir-rewwixta kontra l-gvern Sirjan fid-dawl tar-Rebbiegħa Għarbija, l-ewwel fil-ġlieda kontra r-reġim ta’ Assad u mbagħad kontra l-ISIS. Hija iġġieldet f’Kobane, belt Sirjana fil-fruntiera mat-Turkija, u ġġieldet biex tħares lill-Kurdi. Għenet biex kienu llberati bniet Yazidi li kienu qed jinżammu bħala skjavi tas-sess filwaqt li ġġieldet flimkien mal-forzi Peshmerga fl-Iraq.
L-azzjonijiet tagħha wasslu għall-attenzjoni tal-awtoritajiet Daniżi, li żammewha minn aktar ivvjaġġar lejn reġjuni ta’ gwerra, iżda hija marret lura f’Settembru 2015. Sabet ruħha maqfula fl-akbar ħabs ta’ Demark meta l-awtoritajiet saru jafu u kienet stqarret li temmen li hi meqjusa bħala terrorista fil-pajjiż tagħha stess. Damet tliet ġimgħat arrestata qabel inħelset, u minn dak iż-żmien ħadulha l-passaport.
Għexet fil-ħabi u bidlet il-post fejn tgħix b’mod kostanti minħabba l-biża. Stqarret li jiddispjaċiha li kisret il-liġi imma ma kellha l-ebda għażla fil-fehma tagħha. fil-ħin,” qalet.
Hija temmen li dawk li ssograt ħajjitha għalihom issa qed jieħdulha l-ħelsien tagħha.