Matul din il-ġimgħa l-Parlament se jkun qed jiddiskuti l-każ tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia. Dan ħabbritu stqarrija maħruġa mill-Partit Laburista wara laqgħa tal-grupp parlamentari Laburista fil-Palazz tal-Girgenti fis-Siġġiewi.
L-istqarrija qalet li dan id-dibattitu issa jista’ jsir wara li kien hemm persuna li tressqet formalment akkużat li kien il-mandant tal-qtil ta’ Caruana Galizia.
Dan id-dibattitu se jkun qed isir wara li fl-20 ta’ Novembru li għadda l-Prim Ministru Joseph Muscat sostna fil-Parlament li ġaladarba jitressaq persuna l-Qorti akkużat bil-qtil ikun disponbbli li jwieġeb għall-mistoqsijiet kollha tad-deputati kollha tal-Parlament.