Din il-ġimgħa hija l-Ġimgħa Ewropea tal-Isport Kif ġie rrapurtat min ONE News matul tmiem il-ġimgħa li għadda fejn bdew xi attivitajiet relatati ma’ din l-okkażjoni bħal kull sena.
Din hija okkażjoni sabiex jiġu promossi stili ta’ ħajja aktar attivi u aktar tajbin għas-saħħa lil miljuni ta’ nies fl-Ewropa u lil hinn minnha. Bl-attivitajiet ta’ din is-sena se jiffukaw fuq 3 pilastri importanti tal-isport: l-involviment, l-inklużjoni u l-innovazzjoni.
Il-lista ta’ attivitajiet u avvenimenti għal kull Stat Membru hija disponibbli fuq: https://sport.ec.europa.eu/european-week-of-sport/countries-and-regions