Fil-Polonja għaddejjin protesti kbar hekk kif il-Gvern għaddej b’tentattiv biex jipprojbixxi kważi r-raġunijiet kollha biex isir l-abort.
Dan il-pajjiż Kattoliku diġà għandu regoli stretti fuq l-abort, imma l-liġi ġdida mistennija twaqqaf ukoll li jsir abort minn nisa li jkunu tqal bi trabi li aktarx ikunu se jmutu ftit wara t-twelid.
Minħabba l-ammont kbir ta’ protesti fuq skala li ma kinitx mistennija, il-Gvern ħabbar dewmien fuq din il-liġi, minkejja li numru ta’ sptarijiet diġà bdew jirrifjutaw nisa li jmorru biex jagħmlu abort.