Dimostranti f’Pariġi kellhom xi jgħidu mal-pulizija waqt dimostrazzjonijiet li matulhom qed jipprotestaw ir-riformi tal-Gvern rigward l-età tal-irtirar.
Eluf ta’ dimostranti kebbsu n-nar u saħansitra waddbu murtali lejn il-pulizija li għamlu użu minn gass tad-dmugħ sabiex iferrxu d-dimostranti.
Dan kien it-tieni lejl ta’ protesti wara li l-President Franċiż Emmanuel Macron iddeċieda li jkompli jimbotta r-riforma kontroversjali li jtella’ l-età tal-irtirar minn tnejn u sittin għal erbgħa u sittin mingħajr ma jittieħed vot dwarha.
B’reazzjoni għal dan, il-Gvern Franċiż issa qed jaffaċċja mozzjonijiet ta’ no-confidence.