Dimostranti tal-Oppożizzjoni f’Haiti ħarqu tyres u tefgħu l-ġebel biex iħeġġu lill-President Jovenel Moise biex jirriżenja.
Minn tal-inqas, erba’ persuni nqatlu u għexieren oħra ndarbu f’erbat ijiem ta’ protesti fil-kapitali Port-au-Prince u bliet oħra.
Ħafna minn Haiti qed jakkużaw lil Moise u uffiċjali oħra b’korruzzjoni.
Dan kollu wassal biex numru ta’ sindki f’għadd ta’ bliet ikkanċellaw l-attivitajiet tal-karnival li kienu mistennija jsiru fil-bidu ta’ Marzu.