Dimostrazzjoni msejħa minn dik li sejħet lilha nnifisha bħala Soċjeta Ċivili reġgħet kienet iddominata minn esponenti ewlenin tal-Partit Nazzjonalista fosthom l-ex kap Simon Busuttil li dalgħodu kien fost l-għaxar deputati li ma attendewx għall-ewwwel diskors tal-kap tal-PN Adrian Delia fil-Kunsill Ġenerali.
Id-dimostrazzjoni maghmula minn ġemgħa ta’ madwar 150 ruħ u mmexxija mill-kandidat u kunsillier tal-PN Michael Brigulio nġabret quddiem id-depot tal-Pulizija u sejħet għar-riżenja tal-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali.