Ilbieraħ fil-Belt Valletta saret dimostrazzjoni bil-għan li tesprimi s-solidarjetà mal-poplu Palestinjan.
F’din id-dimostazzjoni ntqal li l-ġenoċidju f’Gaza għaddej bla waqfien, b’mijiet ġew imkeċċija minn djarhom.
Apparti minn hekk, 16,000 Palestinjan, fosthom, 6,000 tifel u tifla, inqatlu.
F’diskorsi matul din id-dimostrazzjoni ntqal li dan il-ġenoċidju qed isir bil-kompliċità ta’ mexxejja tal-Unjoni Ewropea, li taw l-appoġġ tagħhom lill-Iżraeljani.
Din id-dimostrazzjoni saret mill-għaqda Youth for Palestine u l-Moviment Graffiti. Preżenti wkoll kien hemm l-Ambaxxatur Palestinjan għal Malta, Fadi Hannania.