Dimostranti waddbu żrar lejn il-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau waqt żjara li għamel f’birrerija bħala parti mill-kampanja elettorali tiegħu.
Hu u tiela’ f’xarabank, Trudeau ntlaqat minn dan iż-żrar iżda ma sofriex ġrieħi.
Il-Prim Ministru Kanadiż għajjat elezzjoni ġenerali bikrija f’Awwissu li għadda bit-tama li jikseb Gvern b’maġġoranza komda għall-partit tiegħu.
Minkejja dan, il-kampanja tiegħu ma tantx kienet milqugħa b’idejn miftuħin hekk kif il-Prim Ministru kellu jħabbat wiċċu ma’ dimostranti li jipprotestaw kontra l-vaċċin tal-Covid-19 u restrizzjonijiet oħra.
Trudaeu saħansitra kellu jħassar attività politika wara li ġemgħa ta’ nies irrabjati kienu preżenti biex jipprotestaw.
B’reazzjoni għal dan l-inċident, Justin Trudeau qal li kien milqut fi spallejh u kkumpara l-inċident għal meta lura fl-2016, mara waddbitlu żerriegħa tal-ġirasol.