Eluf ta’ dimostrati f’Katalunja ħarġu jipprotestaw fit-toroq waqt żjara mir-Re Filippu Sitta.
Id-dimostranti kebbsu n-nar fi triq ewlenija u fih ħarqu ritratti tar-Re Spanjol, waqt li kantaw li Katalonja m’għandhiex Re.
Ir-reġjun ilu ġimgħat iddominat minn protesti wara li l-ġimgħa li għaddiet, intbagħtu l-ħabs numru ta’ mexxejja separatisti.
Flimkien mad-dimostranti, ingħaqdu wkoll membri mit-tliet partiti separatisti ewlenin.
Dan sar waqt li r-Re, flimkien ma’ martu r-Reġina Letizia, u ż-żewġ uliedhom bniet, kienu qed jieħdu sehem f’ċerimonja ta’ premji għax-xjentisti u l-artisti.
Ritratt: EPA