L-Avukat Maxim Znak, membru ewlieni tal-Kunsill tal-Oppożizzjoni fil-Belarus qed jagħmel strajk tal-ġuħ fil-ħabs hekk kif huwa qed jiġi akkużat li qed ifixkel is-sigurtà nazzjonali.
Znak huwa fost il-ħames membri minn sebgħa li bħalissa jinsabu fil-ħabs jew eżiljati. L-Avukat li qed jirrapreżenta lil Znak qal illi hu qed jagħmel l-istrjak tal-ġuħ biex jesponi l-assurdità tal-prosekuzzjoni tal-persuni li jesprimu liberament l-opinjoni tagħhom.
Aktar kmieni din il-ġimgħa, membru ieħor mill-istess Kunsill inħeles mill-ħabs wara li kienu ilu 25 jum arrestat.
Għal ħames ġimgħa konsekuttiva aktar minn 100,000 persuna ħarġu fit-toroq jipprotestaw kontra t-tbagħbis fir-riżultat elettorali, filwaqt li qed jitolbu għar-riżenja tal-President Alexander Lukashenko li ilu jokkupa l-kariga sa minn Lulju tal-1994.