Dilettanti tal-għasafar Maltin kisbu l-akbar ammont ta’ midalji, 60, fl-akbar wirja tal-għasafar li tiġi organizzata mill-Confederation Ornithlogque Mondiale (C.O.M), li tiġbor fi ħdanha għandha 46 pajjiż minn madwar id-dinja. Malta ilha tikseb suċċess f’din l-esebizzjoni mindu bdiet tieħu sehem fiha fl-1998.
L-ammont ta’ midalji miksuba fl-aħħar edizzjoni, organizzata bejn is-26 ta’ Jannar u 28 ta’ Jannar li għaddew f’Talavera de la Reina, fi Spanja, kien jinkludi 25 tad-deheb, 18 tal-fidda u 17 tal-bronż għall-Maltin, li esebew 201 għasafar, fosthom dawk eżotiċi, kanali, gamiem u summien, kif ukoll dawk tal-għana.
B’kollox il-wirja inkludiet aktar minn 24,000 għasfur esebit.
Ir-rebbieħa Maltin bil-midalji fil-parenteżi kienu:
Roderick Abela (5 deheb, 3 fidda u 3 bronż); Irving Parnis (2 deheb, 2 fidda u 3 bronż); William Rutzen (3 deheb u 3 fidda); Rodney Camilleri (3 deheb, 1 fidda u 2 bronż); Matthew Vassallo (2 deheb, 2 fidda u 1 bronż); Steven Ciappara (1 deheb, 2 fidda u 1 bronż); Christian Sciberras (1 deheb, 1 fidda u 1 bronż); Carl Imbroll (1 deheb, 1 fidda u 1 bronż); Steve Alosio (1 fidda u 2 bronż); David Spiteri (2 deheb); Colin Mifsud (2 bronż); Darren Camilleri (1 deheb u 1 fidda); Stefan Fenech (1 deheb u 1 bronż); Antione Debono (1 deheb); Rene Abdilla (1 deheb); John Mallia (1 deheb); Christian Micallef (1 fidda).
L-esebituri Maltin ġejjin minn diversi klabbs affiljati mal-Bird Breeders Association Malta, li huma l-Malta Cage Bird Association, is-Songbirds Association Malta, l-Exotic Finch Association, l-Assoċazzjoni Kanali Kulur Malta, il-Malta Gloster Breeders Society u l-Malta Gloster Association.