Il-liġi li qed tkun diskussa fil-parlament hi pass importanti lejn l-ugwaljanza u għalhekk kull membru parlamentari għandu jivvota favuriha.
Qalet dan l-organizazzjoni Aditus, li taħdem favur id-drittijiet tal-bniedem.
Aditus li hija organizazzjoni indipendenti qalet li tinsab ferħana u sodisfatta ħafna li sa fl-aħħar pajjiżna se jkun qed jaddota leġislazzjoni ta’ żwieġ ugwali.