Dikjarazzjoni tal-Membru tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola, xejn ma niżlet tajjeb mal-komunità LGBTI. Fil-programm Dissett, Robert Metsola, qalet li ma taqbilx ma’ żwieġ bejn persuni tal-istess sess. Dan fi tweġiba skjetta li tefgħet dubji wkoll fuq stqarrijiet li għamel il-Partit Nazzjonalista fl-aħħar ġimgħat.
Meta mistoqsija minn Reno Bugeja dwar x’għandu jsir iktar fis-settur, Roberta Metsola wieġbet bi ftit sekondi silenzju sakemm imbagħad qalet li temmen li għandu jkun hemm inqas diskriminazzjoni.
“Id-diskriminazzjoni tiġġieldha bi drittijiet. Taqbel li minflok unjoni ċivili jkollna żwieġ?” staqsa l-preżentatur b’ Metsola tkun ċara kristall.
“Bħalissa ma naqbilx, le,” qalet waħda mill-iktar persuni qrib il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil.
https://www.youtube.com/watch?v=JZWu8lSow3U&feature=youtu.be
Persuni attivi favur id-drittijiet ta’ persuni LGBTI kienu ċari mill-ewwel. Id-dikjarazzjoni ta’ Metsola titfa’ dubju fuq il-ġenwinita ta’ stqarrija li għamel il-PN meta qal li hu jaqbel mal-Prim Ministru li l-liġi tal-unjoni ċivili tinbidel fi żwieġ. Dakinhar kien iddikjara li la qal hekk nistgħu nibqgħu nitkellmu biss fuq Panama Papers.
Peró eventwalment Simon Busuttil kien qal li jrid jiddiskuti fil-grupp u kompla jikber it-tagħrif mill-PN li fuq din reġa’ hemm konfużjoni sħiħa b’Simon Busuttil ma jagħmilx dikjarazzjoni pubblika oħra . Kliem Metsola kixfu li anke ċ-ċirku tiegħu huwa kontra din il-bidla.