Id-dikjarazzjoni li għamel il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia waqt konferenza stampa fid-Dar Ċentrali wasslet għal mandat ta’ tfittxija fir-residenza ta’ Diana Busuttil, oħt l-eks kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil. Rapporti fil-Maltatoday qalu li kmieni l-Ħadd filgħodu l-Pulizija marret fir-residenza ta’ Diana Busuttil b’mandat ta’ tfittxija li kien iffirmat mill-Maġistrat Aaron Bugeja li qed imexxi l-investigazzjoni b’rabta mar-rapport li Adrian Delia għamel għand il-Kummissarju tal-Pulizija.
Oħt Simon Busuttil daħlet f’dan kollu wara li fil-passat kienet miżżewġa lil Kris Bajada, iben Eucharist Bajada li huwa s-sid ta’ numru ta’ kumpaniji barranin li kellhom sehem f’numru ta’ djar f’Londra li kienu involuti fil-prostituzzjoni. L-istess rapporti tal-Maltatoday qalu li l-kont bankarju ta’ Delia f’Jersey kien infetaħ f’isem il-klijent tiegħu, Eucharist Bajada. Dan il-kont irċieva man-nofs miljun ewro f’depożiti ta’ ċekkijiet u flus kontanti.
F’konferenza tal-aħbarijiet li sejjaħ wara li rċieva mistoqsijiet minn The Times, Delia qal li talab lill-Pulizija tinvestiga dawk li huwa sejjaħ bħala dokumenti b’firem foloz li kienu waslu għand dan il-ġurnal. It-Times irrapportat li skont tagħrif li wasal għandha, investigazzjoni tal-FIAU kienet ikkonkludiet li kien hemm biżżejjed informazzjoni li turi li l-kont li kellu Delia f’Jersey seta’ ntuża għall-ħasil tal-flus.
Dokumenti oħra li kien ħareġ il-ġurnal Maltatoday kienu wrew li Delia kien id-direttur tal-kumpanija Healey Properties li kienet rreġistrata fil-Bahamas. Din il-kumpanija kellha tagħha post fi Greek Street f’Londra. Dan is-sit kien ġie irejdjat mill-Pulizija ta’ Londra f’Lulju tal-2003 waqt operazzjoni immirata direttament lejn ċrieki tal-prostituzzjoni. Dawn l-allegazzjonijiet fil-konfront ta’ Delia kienu ħarġu fid-deher għall-ewwel darba mill-blogger Daphne Caruana Galizia.
Wara li issa ħarġu aktar provi kontrih, Delia baqa’ jirrifjuta li jitlob investigazzjoni sħiħa dwaru u minflok, permezz tal-avukat, tiegħu talab lill-Kummisarju tal-Pulizija sabiex jinvestiga kif ħarġet informazzjoni dwaru. Id-dikjarazzjoni li għamel il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia waqt konferenza stampa fid-Dar Ċentrali wasslet għal mandat ta’ tfittxija fir-residenza ta’ Diana Busuttil, oħt l-eks kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil.
Rapporti fil-Maltatoday qalu li kmieni l-Ħadd filgħodu l-Pulizija marret fir-residenza ta’ Diana Busuttil b’mandat ta’ tfittxija li kien iffirmat mill-Maġistrat Aaron Bugeja li qed imexxi l-investigazzjoni b’rabta mar-rapport li Adrian Delia għamel għand il-Kummissarju tal-Pulizija. Oħt Simon Busuttil daħlet f’dan kollu wara li fil-passat kienet miżżewġa lil Kris Bajada, iben Eucharist Bajada li huwa s-sid ta’ numru ta’ kumpaniji barranin li kellhom sehem f’numru ta’ djar f’Londra li kienu involuti fil-prostituzzjoni. L-istess rapporti tal-Maltatoday qalu li l-kont bankarju ta’ Delia f’Jersey kien infetaħ f’isem il-klijent tiegħu, Eucharist Bajada. Dan il-kont irċieva man-nofs miljun ewro f’depożiti ta’ ċekkijiet u flus kontanti.
F’konferenza tal-aħbarijiet li sejjaħ wara li rċieva mistoqsijiet minn The Times, Delia qal li talab lill-Pulizija tinvestiga dawk li huwa sejjaħ bħala dokumenti b’firem foloz li kienu waslu għand dan il-ġurnal. It-Times irrapportat li skont tagħrif li wasal għandha, investigazzjoni tal-FIAU kienet ikkonkludiet li kien hemm biżżejjed informazzjoni li turi li l-kont li kellu Delia f’Jersey seta’ ntuża għall-ħasil tal-flus.
Dokumenti oħra li kien ħareġ il-ġurnal Maltatoday kienu wrew li Delia kien id-direttur tal-kumpanija Healey Properties li kienet rreġistrata fil-Bahamas. Din il-kumpanija kellha tagħha post fi Greek Street f’Londra. Dan is-sit kien ġie irejdjat mill-Pulizija ta’ Londra f’Lulju tal-2003 waqt operazzjoni immirata direttament lejn ċrieki tal-prostituzzjoni.
Dawn l-allegazzjonijiet fil-konfront ta’ Delia kienu ħarġu fid-deher għall-ewwel darba mill-blogger Daphne Caruana Galizia. Wara li issa ħarġu aktar provi kontrih, Delia baqa’ jirrifjuta li jitlob investigazzjoni sħiħa dwaru u minflok, permezz tal-avukat, tiegħu talab lill-Kummisarju tal-Pulizija sabiex jinvestiga kif ħarġet informazzjoni dwaru.