Uffiċjali tad-Dwana stazzjonati fil-Port tal-Belt Valletta kkonfiskaw ħmistax-il elf ewro fi flus kontanti li nstabu moħbija taħt seat ta’ karozza li kienet se titlaq minn Malta.
F’dan il-każ, l-uffiċjali tad-Dwana għall-ewwel darba għamlu użu minn leġislazzjoni li ddaħħlet fis-seħħ is-sena l-oħra sabiex dawn il-flus, ġew kkonfiskati sakemmm issir l-investigazzjoni sħiħa tad-Dwana sabiex jiġi determinat l-oriġini tagħhom u jekk ġewx minn attività kriminali.
Mill-istħarriġ irriżulta wkoll li ż-żewġ Taljani mlew dikjarazzjoni falza relatata mal-flus li suppost kienu qed iġorru.