Dikjarazzjoni ċara dwar il-morning after pill fil-ġurnal mediku tal-Università ta’ Malta.
Fl-editorjal, iffirmat mill-Professur Victor Grech, intqal li l-morning after pill mhijiex abortiva.
L-editorjal illimita ruħu għal Levonorgestrel, kontraċezzjoni ta’ emerġenza magħrufa bħala morning after pill u filwaqt li jsaħħaħ l-argumenti b’referenza wara l-oħra, jintqal kif hemm sitt punti li għandhom ikunu ikkunsidrati f’dan id-dibattitu.
- L-ewwel huwa dak li mhemmx provi li din il-pillola tipprevjeni l-implantazzjoni.
- It-tieni li diġa’ hemm prodotti fis-suq Malti li jagħtu l-istess riżultat.
- It-tielet li hemm siti elettroniċi li prodott bħal dan iwassluwulek wara l-bieb.
- Li hemm awtorizazzjoni tal-Unjoni Ewropea li tippermetti li din il-pillola tkun importata taħt il-leġiżlazzjoni preżenti.
- Il-Ħames, li hemm Isqfijiet Kattoliċi li rrikonoxxew li din ma’ twaqqaf l-implantatazzjoni.
- U s-sitt punt hu li din il-pillola tipprevjeni l-abort għax tnaqqas tqala li mhux mixtieqa.
“Finalment,” jingħad fil-ġurnal mediku, il-furur fil-midja reġa’ wera l-ħila li noħolqiu kwistjoni mix-xejn.
“Storm in a teacup,” isejħilha filwaqt li jkompli jingħad li qed jinħlew ħin u riżorsi fuq kwistjoni li mgħandha tkun kwistjoni xejn.
Kwistjoni fejn gruppi differenti spiċċaw b’pożizzjonijiet estremi kontra xulxin, jiġġieldu battalja mitlufa.