Waqt taħdita politika fl-Isla tal-Partit Nazzjonalista, l-kandidat Wayne Hewitt, kien fdat biex iwassal il-messaġġ tal-Partit Nazzjonalista dwar it-traffiku.
Fid-diskors tiegħu, li matulu qal li reġa’ għandna gvern korrott Hewitt qal li l-Partit Nazzjonalista irid jindirizza l-isfida tat-traffiku. Iżda, fi kliemu l-Partit Nazzjonalista għad irid jara x’inhi s-sitwazzjoni tat-traffiku u għalhekk il-proposta ewlenija hi li jsir studju.
“Ngħamlu studju dwar is-sitwazzjoni tat-traffiku f’pajjiżna,” qal Wayne Hewitt. Peró Hewitt donnu ammetta wkoll li l-Partit Nazzjonalista diffiċli jsolviha għal kollox minkejja l-aspettativa li qed joħloq.
Għalhekk proposta importanti skont Hewitt hi: “Il-pubbliku qabel ma joħroġ għax-xogħol ikun jaf fejn hemm it-traffiku. Ħalli jkun jsita’ jevitah u jsib rotot alternattivi.” Saħansitra din il-proposta semmiha iktar minn darba. “Tara fuq l-app u tkun taf fejn hemm konċentrazzjoni tat-traffiku.”