Bint raġel li għex l-Ewwel Dwerra Dinjija qalet li Bibbja li ġarrbet tiri minn arma tan-nar minn suldati Ġermaniżi salvat ħajjet missierha.
Leslie Friston, li kien infermier fil-Korp Mediku tal-Kuruna, tilef id-dawl waqt attakk bil-gass fl-1917 meta kellu biss 23 sena. Bintu spjegat mal-midja Ingliża li hekk kif missierha kien qed jingħata l-kura fi sptar militari, ajruplan tal-gwerra Ġermaniż għadda minn fuq il-binja u spara xi tiri.
Jidher li l-arma kienet immirata lejn il-ġuvni, iżda minflok, il-Bibbja li kien qed iżomm biswitu laqtet iż-żewġ tiri sparatli lejn.
“Dik il-Bibbja salvat ħajjet missieri”, tenniet Ena Thompson.
“Li kieku ma kinitx dik il-Bibbja, missieri ma kienx isalva mill-Gwerra, u jien ma nkunx qegħda hawn illum”.