Dan ir-ritratt huwa ta’ Junior Patrol Assistant, li forsi għandha massimu ta’ sentejn, u huwa meħud waqt l-open day li saret fil-Police week.
Hija waħda minn dawk it tfal li l-imhabba tagħha minn età żgħira hija l-Pulizija, partikolarment iż-żwiemel tal-kavallerija.
Ix-xogħol tal-kavallerija huwa patrol speċjalment fejn jidħlu folol. Illum is-sezzjoni tal-Kavallerija hija magħmula minn 21 żiemel u 15-il uffiċjal.
Normalment in-numru ta’ sigħat li wieħed ikollu jaħdem huwa tmienja, u matul dan il-ħin, l-uffiċjali jridu jagħmlu diversi affarijiet li għandhom x’jaqsmu mal-kura u l-manutenzjoni taż-żwiemel u l-korsa, trażżin ta’ attivitajiet kriminali u serħan il-moħħ lill-publiku permezz ta’ rodni fuq iż-żwiemel li joffru vizibilità mill-għoli, skorti mal-ambaxxaturi li jkunu qed jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-Eċċellenza Tiegħu l-President ta’ Malta, ordni pubbliku u kontroll tal-folol, kif ukoll jieħdu sehem f’esibizzjonijiet matul iċ-ċelebrazjonijiet annwali tal-Pulizija f’Lulju.
Dan ir-ritratt li ġibdulna l-attenzjoni tiegħu membri mis-CMRU (is-sezzjoni li tieħu ħsieb il-media fi ħdan il-Pulizija) serqilna qalbna!