Wara li ġimgħa ilu kien imniedi l-iphone il-ġdid, bosta f’Syndey u Tokyo marru fil-kju biex ikunu minn tal-ewwel biex jakkwistaw l-iphone 7, ladarba ikun għall-bejgħ b’mod normali. Dan minkejja li diġa’ huwa magħruf li l-ewwel iphones ta’ dan it-tip jinsabu kollha mibjugħa.
Madanakollu dawk kollha li jinsabu fil-kju ħdejn stores biex jakkwistaw l-iphone se jkollhom il-possibilità li jordnaw l-iphone 7 u 7 plus.
U għalkemm bosta jiddejqu jistennew f’linji twal ta’ nies, fost il-persuni li aġenziji tal-aħbarijiet internazzjonali intervistaw,kien hemm min qal li jinsab fil-kju, primarjament mhux biex jixtri l-iphone iżda għax qed jieħu gost jistenna.
Persuna li tinsab fuq quddiem tal-kju, qal li l-uniku mod li bih jaf jikkunsidra jitlaq minn fejn qiegħed huwa għal somma flus ta’ bejn erba’ u ħames t’elef dollaru.
Dawn huma ritratti ta’ Sydney, filwaqt li fuq jidher Tokyo.