“Diffiċli nirrepetu s-suċċess ta’ Malta” – Dan kien kliem il-Kummissarju Ewropew Andrus Ansip fl-indirizz tiegħu fid-Digital Assembly li sar f’pajjiżna. Dan b’referenza għal kisbiet li għamlet Malta fit-tmun tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
B’waħda mill-kisbiet, ħalliet il-frott propju llum dik li neħħiet għal kollox it-tarriffi tar-roaming, jiġifieri jekk issiefer f’pajjiż ieħor u tuża l-mowbajl mhux se tkun qed tħallas aktar flus, iżda tibqa’ tħallas bir-rati li tħallas f’Malta. Iżda l-Presidenza Maltija kienet ukoll strumentali f’oqsma oħra tal-ekonomija diġitali fosthom fejn jidħol l-internet 5G.
Kummenti bħal dawn minn Kummissjaru Ewropew huma importanti u sinifikanti, kummenti li huma xhieda tal-ħidma li saret tul il-Presidenza Maltija.
.@Ansip_EU: “It is difficult to repeat success achieved by #EU2017MT; 5G, End of Roaming Charges & Portability of online services” #DA17eu pic.twitter.com/YdF49vB0CP
— EU2017MT (@EU2017MT) June 15, 2017