Il-President tal-Malta Football Association, Norman Darmanin Demajo, instema’ ddispjaċut meta tkellem fuq ONE Radio dwar il-każ tal-koruzzjoni fil-logħob tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena.
Dan wara li lbieraħ il-UEFA ħabbret id-deċiżjoni finali tagħha fi stqarrijja wara li kkonkludiet l-investigazzjoni tagħha dwar is-sebà plejers tat-tim Nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena. Dan dwar żewġ logħbiet mill-grupp ta’ kwalifikazzjoni tal-kampjonat tal-UEFA li ntlagħbu fl-2016.
Żewġ plejers kienu sospiżi għal għomorhom għax intqal li aġixxew b’mod li affetwaw ir-riżultat tal-logħba. L-erbgħa l-oħra kienu sospiżi għax kienu jafu u ma rrapportawx. Hawn il-President Darmanin Demajo qal li mux billi tikteb ir-regolamenti u saħansitra tkellem mal-UEFA fuq il-kwistjoni ta’ min ma jkunx irrapporta.
Imbikkem beda biex qal: “Ma nistax nifhem iżjed. Tkun għadek żgħir.”
Kull darba il-President tal-MFA saħaq li l-pelejrs se jappellaw u appella t-tama li l-appell jibdel l-affarijiet.
Saħansitra qal li nistgħu nitolbu wisq minn tfal ta’ 21 sena li jirrapportaw lil min ikun avviċinahom anke jekk ma jkunux inxtraw.
“Qed nitolbu wisq jekk ma nipproteġuhomx,” qal Norman Darmanin Demajo li sostna li min jitkellem m’għandhux ikun xhud kontra sħabu fil-qorti. Tkellem dwar kif il-match fixing huwa l-kankru tal-futbol.