Ir-rapport tar-rebbiegħa li ħareġ il-bieraħ mill-Kummissjoni Ewropea qed ipinġi stampa ferm differenti minn dak li kien ħareġ lura fl-2013. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri waqt konferenza tal-aħbarijiet bit-tema Malta f’Qalbna.
Schembri qal li dan il-pajjiż kiber frott ta’ deċiżjonijiet għaqlija li ħa dan il-Gvern. Fakkar kif l-aħħar rapport ta’ Gvern Nazzjonalista maħruġ mill-kummisjoni Ewropea intqal li n-nuqqas ta’ investiment kien qed iwaqqaf it-tkabbir ekonomiku. Hawnekk huwa għamel referenza għad-dejn nazzjonali li kien qed ilaħħaq il-75% tal-prodott domestiku gross. Spjega li f’6 snin Gvern Laburista naqqas din il-figura għal madwar 40%. Taħt l-aħħar Gvern Nazzjonalista pajjiżna kien tqiegħed taħt proċedura ta’ deficit eċessiv minħabba li d-defiċit u d-dejn f’pajjiżna kienu qed jikbru mingħajr l-ebda rażan.
Hawnekk Schembri rrimarka kemm Adrian Delia ma jistax jittieħed b’mod kredibbli meta jgħid li Gvern Laburista m’għandux pjan. Minflok poġġietna taħt proċeduri ta’ defiċit eċessiv kif kien ġara taħt l-aħħar Gvern Nazzjoanlista llum l-Unjoni Ewropea qed tgħid li pajjiżna mistenni jkollu surplus u żieda qawwija fl-investiment. Kemm dak pubbliku kif ukoll dak privat. Fakkar kif dan it-tkabbir ekonomiku sar fi żmien li l-Gvern baqa’ jżid fis-servizzi għall-poplu bħaċ-child care b’xejn, żiediet fil-penzjonijiet, trasport pubbliku b’xejn għal faxxa kbira ta’ nies, żiediet fl-istipendji u trasport b’xejn lejn l-iskejjel kollha.
Minn naħa tagħha s-Sindku ta’ Bormla Alison Zerafa Civelli spjegat kif it-tkabbir tal-Gvrn qed ikun ukoll rifless fil-konunitajiet madwar il-gżejjer Maltin. Qalet kif f’Bormla wieħed jista jara diversi proġetti fosthom ta’ bini ta’ aktar units ta’ housing soċjali, proġetti ta’ tisbieħ u restawr u kif ukoll infrastruttura ta’ toproq u faċilitajiet ġodda. Zerafa Civelli sotnitet ukoll kif il-ġid qed jinagħta lin-nies permezz ta’ servizzi tas-saħħa aħjar u titjib fis-sigurtá tal-lokalita. Fakkret kif sena u nofs ilu, f’Bormla ġie mniedi servizz ta’ trasport b’xejn lill-għall-anzjani. Proġett li tejjeb il-kwalita ta’ ħajja lil dawk li jagħmlu użu minnu. Hanwekk hija temmet billi qalet li dan huwa xhieda ta’ kemm it-tkabbir qed imur dirett għand in-nies.
Il-kandidat għall-Parlament Ewropew James Grech qal li biex iżomm dawn il-miżuri kollha u l-pajjiż irid ekonomija b’saħħitha u bi pjan. Spjega li dan ir-rapport kkonferma l-pjan u l-għaqal tal-Gvern u kompla xejjen l-allegazzjonijiet bla bażi tal-kap tal-oppożizzjoni. Spjega li Malta kisbet l-akbar tkabbir fost l-ekonomiji ewropej kollha. Dan jikkuntrasta sew mal-bqija tal-pajjiżi tal-UE li l-previżżjoni tat-tkabbir tagħhom kien l-isfel u mhux il-fuq. Grech kompla jispjega li dan ir-ritmu rridu nżommuh u għalekk huwa parti mill-manifest għall-elezzjonijeit tal-Parlament Ewropew. Qal li l-Partit Laburista irid li bħal m’għandna ekonomija b’saħħitha f’Malta l-istess irid isir fl-Unjoni Ewropea. Sostna li l-membri parlamentari ewropej laburisti jridu jkomplu jippromovu Ewropa ta’ opportuntiajiet għal kulħadd.