Id-differenza bejn Gvern Laburista u Oppożizzjoni Nazzjonalista kompliet tidher biċ-ċar il-Ħadd filgħodu, fejn il-messaġġ taż-żewġ mexxejja kkuntrasta bil-kbir.
Messaġġi li waslu permezz ta’ kollegamenti telefoniċi fuq ir-radji rispettivi taż-żewġ partiti – bi Prim Ministru li jrid l-ugwaljanza, u Kap tal-Oppożizzjoni li minnu ħarġet biċ-ċar l-iskumdità fil-Partit Nazzjonalista dwar is-suġġett.