- L-ewwel pazjent li għamel l-epicardial vt ablation hawn Malta
Għall-ewwel darba f’pajjiżna, sar intervent biex jevita li pazjent ikollu cardiac arrest. Dan ifisser li saret l-operazzjoni ta’ emerġenza epicardial vt ablation, li salvat il-ħajja ta’ bniedem.
Għalkemm sa ftit ilu ma kienx jeżisti l-apparat ta’ ‘3D mapping’ biex dawn il-pazjenti jkunu kkurati, dan issa sar aċċesibbli minn Marzu.
Tkellimna ma’ Anthony Zahra, dak li għamel l-intervent. Iddeskriva xi tfisser għalih li seta’ jibqa’ hawn Malta, imdawwar bil-familjari tiegħu.
L-intervent fisser li Zahra ma kellux għalfejn isiefer b’air ambulance, b’riskju u skariġġ kbir għalih u għal familtu.