Tkompli l-kampanja b’saħħitha ta’ akkwisti minn Sliema Wanderers FC hekk kif fl-aħħar ħinijiet ħabbru l-akkwist tad-difensur Brażiljan Arthur Cunha.
Cunha, li għandu 30 sena, lagħab primarjament fil-Brażil, fil-Portugall u anke fl-Indonesja fejn saħansitra lagħab fl-istess tim li miegħu lagħab akkwist ieħor ta’ Sliema Wanderers, l-Olandiż Sylvano Comvalius.
Fil-bidu tal-karriera tiegħu Cunha tħarreġ ukoll ma’ Manchester United.