Dieta Mediterranja li tikkonsisti minn ammont sostanzjali ta’ frott, ħaxix, lewż, u ħut tnaqqas ir-riskju tad-dipressjoni, skont riċerka ġdida ppubblikata fl-aħħar sigħat.
Kulleġġ f’Londra analizza r-relazzjoni bejn id-dieta li biha jimxi l-individwu u s-saħħa mentali, inkluż li wieħed isegwi dieta Mediterranja. Jidher li persuni li jsegwu din it-tip ta’ dieta għandhom 33% inqas riskju li jinħakmu mid-dipressjoni minn persuni li jsegwu dieti oħra.Psikologi issa qed jirrakkommandaw dieta b’ammond sostanzjali ta’ frott u ħaxix, ħut, żjut naturali, u ikel mimli vitamini u fibra.
Skont l-istudju, ir-relazzjoni ta’ bejn l-ikel li nieklu u s-saħħa tmur lil hinn minn sempliċiment il-qies ta’ dak li jkun. Issa huwa ppruvat li l-ikel li nikkunsmaw jaffettwa l-burdata wkoll.
L-istudju qed iħeġġeġ lil dak li jkun jillimita l-konsum ta’ xaħmijiet żejda u ikel ipproċessat, hekk kif instab li dawn iżidu r-riskju ta’ dipressjoni.