L-istilla tat-tim Arġentin, Diego Maradona allegatament kellu jiġi assistit minn tim mediku wara r-rebħa tal-Arġentina fuq Niġerja f’San Pietruburgu waqt it-tazza tad-dinja.
Vidjow fuq il-midja soċjali wera lil Maradona jitħabat biex jimxi u kellu jiġi mgħejjun sabiex jiġi assistit fil-grawnd stess.
Il-Gazzetta internazzjonali Arġentinjana ‘La Nacion’, stqarret li Maradona ġie trattat għall-pressjoni baxxa u telaq eżatt wara.
Waqt il-logħba nnifisha, l-istilla deher jgħajjat kif ukoll jgħajjar numru ta’ partitarji.