F’kawża ta’ libell fil-qorti kien ikkonfermat kif Jesmond Bonello, sid ta’ Content House u għal snin twal assoċjat mal-Partit Nazzjonalista u l-eks Ministru Austin Gatt, ħa biżibilju direct oders.
Artiklu li ħassu malafamat bih kien iġib it-titlu ‘Did you say no corruption, Dear Tonio?’
F’dan l-artiklu fil-Maltatoday inkiteb li biex ikun assigurat li jkun hem bojkott fil-konfront tal-mediatoday il-Ministeru tal-Finanzi għadda xogħol lil Jesmond Bonello, direttur ta’ Content House u dak iż-żmien kien ukoll membru tal-Malta Enterprise.
Mill-provi li tressqu fil-Qorti jirriżulta li bejn l-2008 u l-2012 ingħatat biżibilju xogħol minn Dipartimenti tal-Gvern tant li fis-sentenza tal-Qorti ssemmew iktar minn 27 entità.
Jidher li Bonello ħassu malafamat għal żewġ raġunijiet. L-ewwel minħabba r-referenza ta’ direct orders, li rriżultat minnha, u t-tieni għax intqal li kien hemm l-ordni tal-bojkott. Bil-Qorti tiddikjara li din kienet tirreferi għall-eks Ministru Tonio Fenech u għalhekk ma kellux għaliex iħossu malafamat. Fuq kollox il-Qorti ddikjarat li min jitħallas minn fondi pubbliċi għandu joqgħod għal skrutinju.