L-ewwel jum tax-xahar tal-Milied beda b’maltempata qawwija hekk kif xitqa qalila niżlet fuq il-Gżejjer Maltin.
Ix-xita mistennija tibqa’ tippersisti tul il-jum, bil-qawwa tar-riħ mistennija tilħaq il-Forza 5.
Kawża tax-xita li ħakmet il-gżejjer tagħna tul il-jum, jidher li qed jinġema’ t-traffiku f’dawn l-inħawi:
- Triq il-Wied, Birkirkara
- Triq Dun Karm, Birkirkara
- Il-Wied ta’ Ħal Qormi
- Il-Wied tal-Imsida
- Triq San Pawl, in-Naxxar
Is-sewwieqa qed ikunu mwissija jsegwu r-regolamenti tat-toroq u jsuqu b’attenzjoni sabiex ikunu evitati l-inċidenti.