Dibattitu skedat fl-Università għal nhar it-Tlieta li ġej huwa fl-istess ħin ta’ żjara statali li se ssir f’pajjiżna mill-President tal-Ukrajna.
Fil-fatt kelliem għall-Prim Ministru talab li jinbidel il-ħin tad-dibattitu biex ikun jista’ jattendi ladarba huwa impenjat b’ħidma uffiċjali tal-gvern. Għalkemm sa issa l-organizzaturi indikaw li dan mhux possibbli.
Id-dibattitu qed ikun organizzat minn The Third Eye u l-Malta Debating Union li minn naħa tagħhom stiednu ż-żewġ mexxejja fuq il-lista tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil u Marlene Farrugia, kif ukoll il-Kap tal-Alternattiva Demokratika, Arnold Cassola.
Id-dibattitu huwa skedat li jsir fis-sala Sir Temi Zammit fl-Università