Fil-ftuħ tad-dibattitu fl-Università ta’ Malta, il-Prim Ministru tkellem kif pajjiżna jinsab f’fażi ta’ rkupru ekonomiku iżda wkoll feġġet sfida oħra bil-kriżi tal-Ukrajna.
Dr Robert Abela qal li dan il-mument partikolari jitlob il-maturità fid-dibattitu politiku iżda dan ma jfissirx li għandna naqtgħu qalbna.
Il-Prim Ministru qal li hu anzi jinsab fiduċjuż għall-futur.
Quddiem studenti u żgħażagħ li mlew is-sala ta’ Sir Temi Zammit, il-Prim Ministru qal li huwa jrid Malta isbaħ li toffri opportunitajiet għal kulħadd.