Meta mistoqsija dwar il-qasam tat-trasport, il-Prim Ministru ħareġ b’saħħtu bl-argumenti tiegħu.
Semma kif il-Gvern qed itejjeb l-infrastruttura tal-pajjiż u ta għajnuniet biex jinċentiva favur użu ta’ vetturi li jniġġsu inqas.
Il-Prim Ministru fakkar fl-istudju tal-ARUP dwar Metro f’pajjiżna u nnota l-investiment li jrid isir wara dibattitu dwar is-suġġett.
Il-Prim Ministru staqsa għal costings tal-wegħdiet ta’ Bernard Grech, bil-Kap tal-Oppożizzjoni ma tax tweġiba għal dan u l-Prim Ministru spjega kemm hi n-nefqa għall-proposti li qed iressaq hu quddiem l-elettorat.