Tibqa’ fuq fomm ħafna s-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali ta’ nhar il-Ġimgħa.
Din id-darba d-diskussjoni tmur lil hinn mill-impatt immedjat tas-sentenza iżda fuq il-ġejjieni u l-konsegwenzi li jista’ jkollha sentenza bħal din.
L-ispeaker tal-parlament qal li fiċ-ċirkostanzi wieħed għandu jiddiskuti dwar xi triq irridu għall-quddiem.