Il-kummissarju tad-dixxiplina tal-MFA illum ħabbar is-sospenzjonijiet tiegħu bl-aktar tim milqut ikunu Hibernians FC li ser jkollhom jgħaddu mingħajr il-kowċ Stefano Sanderra li ġie sospiż logħba u għalhekk mhux ser ikun jista’ jmexxi lit-tim Pawlist nhar il-Ġimgħa kontra Birkirkara.
Il-Brażiljan Marcelo Dias ġie sospiż tlett logħbiet wara li tkeċċa fid-draw ta’ 1- 1 ta’ nhar is-sibt kontra Mosta.
Claudio Pani ta’ Sliema Wanderers u Miguel Angel Alba ta’ Valletta ġew sospiżi logħba kull wieħed. Pani ser jitlef il-logħba ta’ nhar il-Ġimgħa kontra Qormi filwaqt li Alba ser jitlef il-logħba tal-Ħadd kontra Gżira U.