L-eks butler tal-Prinċipessa Diana, Paul Burrell, żvela li huwa gay u li se jiżżewweġ lill-maħbub tiegħu, disa’ xhur wara li ddivorzja lil martu. Huma kienu ilhom 32 sena miżżewġa, u l-ġurnali Ingliżi qed jirrapportaw li l-unika persuna li kienet taf li Burrell huwa gay kienet Diana.
Martu Maria issa għandha 62 sena u flimkien għandhom żewġt’itfal, Alexander ta’ 27 u Nicholas ta’ 24. Dawn se jivjaġġaw mill-Istati Uniti għall-Ingilterra biex ikunu preżenti fil-jum speċjali ta’ missierhom, f’Lake District. It-tieġ se jkollu tema ta’ ċirklu, bil-ħaddiema kollha libsin ta’ buffi u ringmasters. Paul Burrell, li l llum għandu 58, kien qrib immens ta’ Diana, għax kien il-qaddej personali tagħha għal għaxar snin. Illum-il ġurnata għandu kumpanija tal-fjuri.