Mis-sena d-dieħla l-istudenti kollha li jattendu skejjel sal-livell sekondarju tal-Istat, tal-Knisja jew Indipendenti se jkunu intitolati biex iżuru flimkien ma’ żewġ adulti magħhom is-siti u l-mużewijiet ta’ Heritage Malta mingħajr ma jħallsu l-miżata tad-dħul. Dan l-access se jkun qed jingħata kuljum is-sena kollha bla limitu.
Il-Ministru Edward Scicluna spjega kif il-wirt kulturali li għandu l-poplu Malti mhux żgħir u jinħtieġ kura biex inħarsuh għall-ġejjieni.