Dgħajsa waħda biss, b’106 immigrant irregolari abbord.
Daqshekk waslu pajjiżna s-sena li għaddiet, b’kuntrast ma snin preċedenti. L-2008 tibqa’ mniżżla bħala l-aktar sena li magħtulha waslu immigranti rregolari fi 13-il sena. F’dik is-sena, waslu 84 dgħajsa b’2,775 persuna abbord.
L-ammont li wasal is-sena li għaddiet ifisser tnaqqis ta’ 81.4% fuq is-sena ta’ qabel. Minn dawn, mad-99% kienu Afrikani, primarjament mill-Mali u Senegal.
Dan kollu jirriżulta mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika.
L-Uffiċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati irċieva 1,844 applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali fl-2015. Madwar nofsnhom kienu applikazzjonijiet ta’ irġiel ta’ bejn it-18 u l-34 sena. Il-maġġoranza kienu Afrikani, primarjament Libjani. Perċentaġġ sinnifikanti ieħor kienu Sirjani.
Fl-istess sena, 1,491 applikazzjoni kienu proċessati. Minn dawn, 83.8% ingħataw protezzjoni filwaqt li l-oħrajn ġew rifjutati.
Kien hemm tnaqqis ta’ kważi 30% fl-ammont ta’ persuni li jgħixu f’ċentri miftuħa u istituzzjonijiet simili. Kważi 75% ta’ dawk jgħixu f’istiuzzjonijiet kienu jgħixu Ħal Far, u mat-18% oħra l-Marsa. Il-maġġporaza kienu rġiel.
577 persuna kienet tgħix illeglament f’Malta fl-2015. Tnqqas ta’ madwar 42% fuq sena qabel. Filwaqt li l-maġġoranza kienu Afrikani, 36% kienu Serbi. Kważi 70% kellhom bejn it-18 u l-34 sena. 466 minn dawn ittieħdu lura lejn pajjiż ieħor, filfatt 44% kellhom imorru lura s-Serbja.
570 persuna minn barra l-Ewropa ingħataw l-għajnuna biex isibu ħajja oħra barra minn Malta. 12 oħra għamlu dan b’mod volontarju.
Ritratt: International Business Times