Dalgħodu għall-ħabta tal-11:30, il-Pulizija ġew informati li dgħajsa ta’ madwar 45 pied ħadet in-nar eżatt quddiem l-Istazzjon tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili f’Dellimara.
Fuq il-post issejħu tim mediku u pumpieri, li kkontrollaw in-nirien fi ftit ħin. Jirriżulta li ħadd ma kien abbord id-dgħajsa fil-ħin tal-inċident.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
ONE News hu informat li ħadd ma weġġa’, waqt li r-raġuni li wasslet għan-nirien għadha mhux stabbilita.